Magħmudija

baptism

Is-Sagrament tal-Magħmudija jingħata darba fix-xahar, il-Ħadd filgħodu, waqt Quddiesa li tibda fil-11.00a.m. Meta, minħabba xi raġuni, is-Sagrament tal-Magħmudija ma jkunx jista’ jiġi amministrat fil-Quddiesa, il-Magħmudija ssir f’ċelebrazzjoni apposta barra mill-Quddiesa.

Biex tarbija tirċievi l-Magħmudija, il-ġenituri jridu jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali u magħhom iġibu ċ-ċertifikat tat-twelid mir-Reġistru Pubbliku, iż-żewġ dikjarazzjonijiet tal-parrini u l-permess tal-Kappillan tal-parroċċa tagħhom (jekk ma jkunux joqgħodu fil-Parroċċa ta’ Santa Marija).