Il-Kulleġġ San Alwigi nbena bejn l-1896 u 1897 għall-istudenti Ġiżwiti. Fl-1907, bit-tħabrik tal-Papa Piju X, il-Kulleġġ ħa l-post tal-Kulleġġ li l-Ġizwiti Ingliżi kellhom f’San Ġiljan u li kien għalaq. Il-knisja tal-Kulleġġ bdiet tinbena fl-1914 u ġiet konsagrata fis-6 ta’ Diċembru 1923.
Il-knisja tal-Kulleġġ San Alwiġi, iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, hi miftuħa għall-pubbliku s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu. Fiha jsiru wkoll iż-żwiġijiet.
Indirizz: 70, Triq il-Ferrovija l-Qadima, Birkirkara. BKR 1610
Tel.: 22 795 000
E-mail: [email protected]
Hinijiet tal-Quddies:
Is-Sibt fis-6.15p.m.
Il-Ħadd fit-8.00a.m. u fid-9.15a.m. (bl-ingliż).
Għal aktar informazzjoni dwar il-ħinijiet tal-quddies, klikkja hawn.