Talba tal-Papa Franġisku għal din l-art tagħna fi tmiem l-Ittra Enċiklika Laudato Si’

Laudato_si2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mulej l-aktar għoli, li tinsab fl-univers kollu

u fl-iċken waħda mill-ħlejjaq tiegħek,

Int li ddawwar bi ħlewwietek kulma jeżisti,

sawwab fuqna l-qawwa ta’ mħabbtek

biex nistgħu nieħdu ħsieb tal-ħajja u tal-ġmiel.

Kattar fina l-paċi, biex ngħixu bħal aħwa

bla ma nweġġgħu lil ħadd.

Missier il-foqra, għinna nifdu lill-imwarrbin

u l-minsijin ta’ din l-art li jiswew tant f’għajnejk.

Fejqilna ħajjitna, biex inħarsu d-dinja u mhux inħarbtuha,

biex niżirgħu l-ġmiel u mhux it-tinġis u l-qerda.

Miss il-qlub ta’ dawk li jfittxu biss kif sa jgawdu huma

minn fuq dahar il-foqra u l-art.

Għallimna niskopru l-valur ta’ kull ħaġa,

nikkontemplaw b’għaġeb,

nagħrfu li aħna tabilħaqq magħqudin mal-ħlejjaq kollha

fil-mixja tagħna lejn id-dawl tiegħek bla tarf.

Irroddulek ħajr li ta’ kuljum tinsab magħna.

Weżinna, nitolbuk, aħna u nitqabdu

għall-ġustizzja, l-imħabba u l-paċi.

Laudato-Si