Imsiebaħ -2016 –12 – Diċembru
bkara-sm-dicembru-16
BIRKIRKARA
bkara-sm-dicembru-16
AVVIŻI PARROKKJALI – 2016 Mill-I Ħadd sat-II Ħadd tal-Avvent (27 ta’ Novembru – 4 ta’ Diċembru) L-Ewwel Ġimgħa tal-Avvent, Sena (A) Għada l-Ħadd (27) / Illum qed nistiednu lill-familji sabiex iġġibu Girlanda tal-Avvent li ser tarmaw id-dar, sabiex titbierek fil-quddiesa…
Aqra aktar
Ottubru huwa xahar iddedikat lil Verġni Mqaddsa Marija. Irressqu quddiem Alla t-talb tagħna bl-interċessjoni ta’ Marija permezz tat-talba tar-Rużarju. Il-Ħamis 15 t’Ottubru l-Quddiesa tas-6.00p.m. tkun bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena kateketika u l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Wara l-Quddiesa jkollna…
Aqra aktar
Monsinjur Arċisqof ħabbrilna min ser ikun il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa. Il-kappillan il-ġdid ser ikun Fr Reuben Deguara. Fr Reuben għandu 44 sena u huwa mill-parroċċa tal-Mosta. Ilu saċerdot 18 -il sena. L-aħħar Quddiesa ta’ Fr Lino ser tkun is-Sibt 3 t’Ottubru…
Aqra aktar
Dan ix-xahar nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar iż-żwieġ u l-familja. Fis-Sagrament taż-Żwieġ il-koppja għandhom l-għajnuna tas-Sema. Huma jirċievu l-qawwa tal-Ispirtu Qaddis ta’ Alla li jagħmilhom sinjal ħaj tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin. Il-koppja jridu jaħdmu għaż-żwieġ tagħhom kuljum. Huma jridu…
Aqra aktar
Fil-Verġni Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, nilmħu lil Alla ilibbes lill-bniedem b’dik is-sbuħija li biha kien żejnu fil-ġnien tal-Għeden. Il-festa tal-Assunta għandha messaġġ qawwi li jgħin lill-bniedem jagħraf li hu maħluq xbieha ta’ Alla. Meta Ommna Marija telgħet fis-sema…
Aqra aktar
Fit-13 ta’ Marzu li għadda f’omelija li għamel waqt ċelebrazzjoni fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Papa Franġisku ħabbar Ġublew Straordinarju ta’ Ħniena. Din ser tkun sena speċjali li tiftaħ fit-8 ta’ Diċembru ta’ din is-sena, li minbarra li tkun il-festa…
Aqra aktar
Wiċċ il-Ħniena (Misericordiae Vultus) Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku dwar il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena Ħsibijiet u Temi Prinċipali, u Analiżi Il-Bolla Misericordiae Vultus ta’ Papa Franġisku tinftiehem tajjeb fil-qafas tal-Pontifikat tiegħu, jiġifieri fid-dawl tal-linji-gwida pastorali li hu ilu jisħaq fuqhom mill-bidunett tal-missjoni tiegħu…
Aqra aktar
Sena Kateketika Ottubru 2015 – Ġunju 2016 Il-ġenituri tat-tfal li ser jitħejjew għal-Ewwel Tqarbina (tfal tal-year 2) iridu jiktbu lil uliedhom għall-klassi tal-katekiżmu billi jiġu l-uffiċċju parrokkjali. Iridu jġibu magħhom kopja taċ-ċertifikat tal-magħmudija ta’ wliedhom. It-Tnejn 5 t’Ottubru 2015: Jibda…
Aqra aktar
Mulej l-aktar għoli, li tinsab fl-univers kollu u fl-iċken waħda mill-ħlejjaq tiegħek, Int li ddawwar bi ħlewwietek kulma jeżisti, sawwab fuqna l-qawwa ta’ mħabbtek biex nistgħu nieħdu ħsieb tal-ħajja u…
Aqra aktar
Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli…
Aqra aktar
Beda s-sajf u s-sħana bdiet ukoll. F’dawn il-jiem, s-sħana qisu taqtgħalna qalbna aktar malajr mis-soltu. Fis-sajf irridu “break”. Dan il-“break”, xi kultant, neħduh anke fil-prattika tal-ħajja nisranija tagħna. Jista’ jiġri li fis-sajf nintelqu anke fl-affarijiet ta’ Alla. Fis-sajf, xi wħud…
Aqra aktar
Mulej Alla tagħna, f’idejk nafdaw l-imħabba, il-fedeltà u l-għaqda tal-familji kollha Maltin u Għawdxin. Ħa tkun it-Trinità, li hi komunità magħquda – Tliet Persuni, Alla Wieħed – il-mudell ewlieni, li jagħti sens u saħħa lill-familji tagħna. Żommna magħqudin fik, għax…
Aqra aktar
Fis-sajf Ġesù jibqa’ jistedinna għall-Ewkaristija. Matul is-sajf ma ninqatgħux mill-Quddiesa tal-Ħadd. Inkunu fil-ħin u nipparteċipaw fit-talb bil-qalb. Immorru libsin kif jixraq lid-Dar ta’ Alla.
Nhar it-3 t’April ta’ din is-sena, Dun Ġużepp Brincat, saċerdot li jagħti s-servizz tiegħu fil-parroċċa tagħna, ċċelebra l-50 anniversarju tal-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Wieħed mill-parroċċa tagħna 50 sena ilu sar saċerdot u dan huwa ta’ ferħ kbir għalina lkoll. Minn qalbna…
Aqra aktar
Il-miġja tal-Ispirtu s-Santu, l-istess bħall-esperjenza tad-dehriet ta’ Ġesu wara l-Qawmien, kienet esperjenza ta’ fidi u ta’ ferħ għall-preżenza mġedda ta’ Ġesu wara l-mewt tiegħu, fil-komunita ta’ dawk li tant kien iħobb. Filwaqt li San Ġwann jgħidilna li kienu bil-bibien magħluqa,…
Aqra aktar
Matul żmien il-Għid aħna ngħixu mill-ġdid l-esperjenza tal-ewwel komunita nisranija. Il-Knisja titwieled mill-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu. Fil-bidu, il-komunita tad-dixxipli tfittex lil Ġesu ħdejn il-qabar, imma tagħrfu ferħana fil-qsim tal-ħobż. Marija ta’ Magdala tirrapreżenta l-komunita li għadha ma tistax tifhem l-mewt…
Aqra aktar
In his new book, Making Gay Okay: How Rationalizing Homosexual Behavior Is Changing Everything, Robert Reilly poses this question: “Is sodomy reasonable?” He believes this question can only be answered by enquiring into the Nature of sexual acts. He frames…
Aqra aktar
Dan l-aħħar, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ppubblikat edizzjoni ġdida bil-Malti tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-membri tal-Knisja, u kull min hu interessat dwar it-tagħlim tagħha, ikollhom dan il-ktieb f’idejhom. L-ewwel edizzjoni issa ilha eżawrita madwar għaxar snin. L-ewwel…
Aqra aktar
Listening to Sharon Bernardi, a mother who lost all seven of her children to mitochondrial disease, speaking on BBC News last week, you’d wonder what kind of monster could possibly oppose three-parent embryos. Who would actively wish suffering on a…
Aqra aktar
Nisimgħu ħafna, fl-aħbarijiet, dwar dak li jkun qal Papa Franġisku fl-omeliji u l-udjenzi li huwa jagħti. Ċerti soundbites tal-ġurnalisti dwar dak li jkun qal il-Papa saru spissi, u xi drabi, anke interpretati ħażin. Spiss, l-aħbarijiet u l-midja diġitali jagħtu importanza…
Aqra aktar
Issa li wasalna biex niċċelebraw il-jiem qaddisa tal-Ġimgħa l-Kbira u t-Tridu tal-Għid il-Kbir jixraq li nirriflettu dwar il-Misteru tal-Fidwa f’dak li għallem il-Papa. B’dan il-mod, permezz ta’ żewġ artikli, inkunu tajna ħarsa tajba lejn il-Kristoloġija fit-tagħlim li tana sa issa…
Aqra aktar
Moviment ta’ Kana Kors ta’ Tħejjija għas-Sagrament taż-Żwieġ Parroċċa Santa Marija, Birkirkara Ottubru – Diċembru 2015 Il-Ħamis 8 t’Ottubru L-1 laqgħa: Insiru nafu ’l xulxin Il-Ħamis 15 t’Ottubru It-2 laqgħa: Komunikazzjoni effettiva Il-Ħamis 22 t’Ottubru It-3…
Aqra aktar
Fil-Vanġelu ta’ San Mark, l-aħbar it-tajba ta’ Ġesù lid-dinja u l-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni, jibda b’dan il-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum u s-Saltna t’Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba” (Mk 1, 15). Bid-dehra ta’ Ġesù fid-dinja beda żmien ġdid, iż-żmien…
Aqra aktar
Flimkien mal-Knisja kollha, dan ix-xahar nibdew ngħixu r-Randan Imqaddes. Dan huwa żmien li fih, aktar mis-soltu, nirriflettu dwar il-ħajja nisranija tagħna. Ta’ spiss, aħna naħsbu li nafu lil Ġesu, iżda fil-verita’ ma nafuhx: naħsbu li nkunu mexjin warajh, imma nkunu…
Aqra aktar
Meta nitkellmu fuq il-fidi, inkunu qed nitkellmu dwar dak l-att ta’ twemmin u fiduċja li jgħaddi bejn min jemmen u Alla. Biex inkunu nistgħu nemmnu aktar fih, Alla tana żewġ doni speċjali lilna l-bnedmin. L-ewwel, aħna għandna l-qawwa li mmorru…
Aqra aktar