Author Archive: il-Kappillan

27-4 ta’ Diċembru 2016

AVVIŻI PARROKKJALI – 2016 Mill-I Ħadd sat-II Ħadd tal-Avvent (27 ta’ Novembru – 4 ta’ Diċembru) L-Ewwel Ġimgħa tal-Avvent, Sena (A) Għada l-Ħadd (27) / Illum qed nistiednu lill-familji sabiex iġġibu Girlanda tal-Avvent li ser tarmaw id-dar, sabiex titbierek fil-quddiesa…
Aqra aktar

Settembru 2015

Dan ix-xahar nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar iż-żwieġ u l-familja. Fis-Sagrament taż-Żwieġ il-koppja għandhom l-għajnuna tas-Sema. Huma jirċievu l-qawwa tal-Ispirtu Qaddis ta’ Alla li jagħmilhom sinjal ħaj tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin. Il-koppja jridu jaħdmu għaż-żwieġ tagħhom kuljum. Huma jridu…
Aqra aktar

Awwissu 2015

Fil-Verġni Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem, nilmħu lil Alla ilibbes lill-bniedem b’dik is-sbuħija li biha kien żejnu fil-ġnien tal-Għeden. Il-festa tal-Assunta għandha messaġġ qawwi li jgħin lill-bniedem jagħraf li hu maħluq xbieha ta’ Alla. Meta Ommna Marija telgħet fis-sema…
Aqra aktar

Wiċċ il-Ħniena (Misericordiae Vultus)

Wiċċ il-Ħniena (Misericordiae Vultus) Bolla tal-Indizzjoni mill-Papa Franġisku dwar il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena Ħsibijiet u Temi Prinċipali, u Analiżi Il-Bolla Misericordiae Vultus ta’ Papa Franġisku tinftiehem tajjeb fil-qafas tal-Pontifikat tiegħu, jiġifieri fid-dawl tal-linji-gwida pastorali li hu ilu jisħaq fuqhom mill-bidunett tal-missjoni tiegħu…
Aqra aktar

Lulju 2015

Beda s-sajf u s-sħana bdiet ukoll. F’dawn il-jiem, s-sħana qisu taqtgħalna qalbna aktar malajr mis-soltu. Fis-sajf irridu “break”. Dan il-“break”, xi kultant, neħduh anke fil-prattika tal-ħajja nisranija tagħna. Jista’ jiġri li fis-sajf nintelqu anke fl-affarijiet ta’ Alla. Fis-sajf, xi wħud…
Aqra aktar

Talba għall-Familja

Mulej Alla tagħna, f’idejk nafdaw l-imħabba, il-fedeltà u l-għaqda tal-familji kollha Maltin u Għawdxin. Ħa tkun it-Trinità, li hi komunità magħquda – Tliet Persuni, Alla Wieħed – il-mudell ewlieni, li jagħti sens u saħħa lill-familji tagħna. Żommna magħqudin fik, għax…
Aqra aktar

Ġunju 2015

Nhar it-3 t’April ta’ din is-sena, Dun Ġużepp Brincat, saċerdot li jagħti s-servizz tiegħu fil-parroċċa tagħna, ċċelebra l-50 anniversarju tal-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Wieħed mill-parroċċa tagħna 50 sena ilu sar saċerdot u dan huwa ta’ ferħ kbir għalina lkoll. Minn qalbna…
Aqra aktar

April 2015

Matul żmien il-Għid aħna ngħixu mill-ġdid l-esperjenza tal-ewwel komunita nisranija. Il-Knisja titwieled mill-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu. Fil-bidu, il-komunita tad-dixxipli tfittex lil Ġesu ħdejn il-qabar, imma tagħrfu ferħana fil-qsim tal-ħobż. Marija ta’ Magdala tirrapreżenta l-komunita li għadha ma tistax tifhem l-mewt…
Aqra aktar

Kors ta’ Kana 2015

Moviment ta’ Kana Kors ta’ Tħejjija għas-Sagrament taż-Żwieġ Parroċċa Santa Marija, Birkirkara Ottubru – Diċembru 2015   Il-Ħamis 8 t’Ottubru                          L-1 laqgħa: Insiru nafu ’l xulxin Il-Ħamis 15 t’Ottubru                        It-2 laqgħa: Komunikazzjoni effettiva Il-Ħamis 22 t’Ottubru                        It-3…
Aqra aktar

Marzu 2015

Fil-Vanġelu ta’ San Mark, l-aħbar it-tajba ta’ Ġesù lid-dinja u l-messaġġ tiegħu ta’ salvazzjoni, jibda b’dan il-kliem: “Iż-żmien huwa mitmum u s-Saltna t’Alla waslet: indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba” (Mk 1, 15). Bid-dehra ta’ Ġesù fid-dinja beda żmien ġdid, iż-żmien…
Aqra aktar

Frar 2015

Flimkien mal-Knisja kollha, dan ix-xahar nibdew ngħixu r-Randan Imqaddes. Dan huwa żmien li fih, aktar mis-soltu, nirriflettu dwar il-ħajja nisranija tagħna. Ta’ spiss, aħna naħsbu li nafu lil Ġesu, iżda fil-verita’ ma nafuhx: naħsbu li nkunu mexjin warajh, imma nkunu…
Aqra aktar

Jannar 2015

Meta nitkellmu fuq il-fidi, inkunu qed nitkellmu dwar dak l-att ta’ twemmin u fiduċja li jgħaddi bejn min jemmen u Alla. Biex inkunu nistgħu nemmnu aktar fih, Alla tana żewġ doni speċjali lilna l-bnedmin. L-ewwel, aħna għandna l-qawwa li mmorru…
Aqra aktar